Futbol Sport

Sergio Ramos se jħalli lil Real Madrid

Illejla ħarġet l-aħbar li l-captain ta’ Real Madrid Sergio Ramos se jkun qed iħalli lill-club wara 16-il sena mal-club Madrilen. Jidher li Ramos ma laħaqx fethim mal-club għal estensjoni tal-kuntratt u għalhekk issa se jkun mingħajr club, hekk kif ġie fi tmiemu l-kuntratt attwali ma’ Real Madrid.

Għada l-Ħamis se ssir ċerimonja ta’ ċelebrazzjoni għall-karriera glorjuża li kellu Ramos ma’ Real Madrid fejn se jkun qed jindirizza l-media. Ramos rebaħ bosta unuri ma’ Real Madrid fosthom 5 Kamjonati Spanjoli kif ukoll 4 darbiet il-UEFA Champions League. Sergio Ramos skorja 101 gowl fis-671 partita lil lagħab ma’ Real Madrid.