Internazzjonali

Spanja: 15-il sena ħabs talli qatel u kiel lil ommu

Raġel Spanjol kien ikkundannat 15-il sena ħabs talli qatel lil ommu u kiel il-fdalijiet tagħha.

Alberto Sanchez Gomez, ta’ 28 sena, kien arrestat fl-2019 wara li l-pulizija sabu l-biċċiet tal-katavru ta’ ommu – b’uħud minnhom imgeżwrin fil-boroż tal-plastik – fid-dar tal-vittma li kellha ‘il fuq minn 60 sena.

Il-każ ixxokkja lill-pajjiż kollu u l-qorti  ċaħdet l-argumenti ta’ Sanchez li hu kien għaddej minn ‘trawma psikotika’ fiż-żmien meta wettaq l-omiċidju faħxi. Waqt il-proċess sar magħruf li Sanchez kien għallaq lil ommu waqt tilwima, imbagħad biċċer il-katavru u spiċċa jiekol il-biċċiet tal-ġisem fuq perjodu ta’ ġimgħatejn – filwaqt li anki tema xi biċċiet tal-katavru lill-kelb tiegħu.

Minbarra l-15-il sena ħabs għall-omiċidju, l-imputat irid jiskonta ħames xhur oħra ta’ priġunerija ‘għad-desekrazzjoni tal-katavru.’ Dan meta Alberto Sanchez Gomez ġie ordnat anki jħallas mas-60,000 ewro lil ħuh bħala kumpens.