EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Spinazzola l-aktar player veloċi s’issa fil-Euro 2020

(Ritratt: EPA)

Id-difensur Taljan Leonardo Spinazzola s’issa huwa l-aktar player veloċi f’dawn il-Kampjonati Ewropej hekk kif fl-ewwel partita kontra t-Turkija laħaq veloċita massima ta’ 33.8 km/h. Fl-istess partita, Spinazzola kien ukoll ivvutat bħala l-player tal-partita.

Warajh fit-tieni post hemm il-winger ta’ Wales Daniel James li rreġistra veloċita ta’ 33.5km/h kif ukoll il-winger tal-Ingilterra Raheem Sterling li rreġistra veloċita ta’ 33.1km/h.