EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Tliet punti mperattivi għat-Turkija

Fl-ewwel partita minn Grupp A Wales se jaffrontaw lit-Turkija f’Baku, aktar tard illejla. Il-gowl ta’ Kieffer Moore, salva draw importanti għal Wales kontra l-Iżvizzera, hekk kif qed jaspiraw li jirreplikaw l-esperjenza li kellhom fl-aħħar edizzjoni tal-Euro, fejn waslu sas-semi finali.

Filwaqt li huwa kważi imperattiv li jiksbu t-tliet punti f’din il-partita, Wales jafu li t-tielet partita tal-Grupp kontra l-Italja se tkun għadma iebsa, speċjalment bil-forma li jinsabu fiha t-Taljani. Madanakollu Wales kapaċi jagħtu logħba lil kull tim, bi plejers bħal Aaron Ramsey u Gareth Bale jafu jkunu strumentali f’rebħa għat-tim immexxi minn Rob Page.

It-Turkja, min-naħa l-oħra, iddiżappuntaw mhux ftit fil-partita kontra l-italja, hekk kif ħafna kienu qed jistennewhom li jkunu wieħed mit-timijiet sorpriża tal-Euro 2020. Bi skwadra relattivament żagħżugħa u moral xi ftit jew wisq baxx, it-Turkija se jkunu qed jagħtu kollox biex jiksbu tliet punti f’din il-partita, hekk kif inqas minn tliet punti jaf ifisser li jkunu eliminati mill-Euro 2020, fit-tieni partita tagħhom. Għalkemm Wales mistennija joħorġu bl-ewwel ħdax simili għal dik tal-ewwel partita, Segal Gunes mistenni jagħmel tibdiliet mill-prestazzjoni diżappuntanti kontra l-Italja, bl-attakkant żagħżugħ Cengiz Under jista’ jkun inkluż mal-ewwel ħdax.

Dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu kontra xulxin sitt darbiet biss, bit-Turkija jirbħu darbetjn, Wales jirbħu tliet darbiet, u konfront minnhom jispiċċa fi draw.

Grupp A : Turkija v Wales 6.00pm (Baku Olympic Stadium)