Lokali

Tnejn l-isptar wara inċident fis-Swatar

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 23 sena u ieħor ta’ 22 sena residenti San Pawl il-Baħar kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura wara inċident fis-Swatar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16.30 meta għal raġuni mhux magħrufa iż-żgħażugħ ta’ 23 sena tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq tat-tip Opel Corsa u baqa dieħel f’karozza oħra u f’faċċata ta’ dar,

Minnufih issejħu membri tal-protezzjoni ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħarġu liż-żgħażagħ mill-karozza u tawhom l-ewwel għajnuna kif ukoll ittieħdu l-isptar b’ambulanza.

Aktar dettalji kif jaslulna…