Lokali

Donazzjoni “OĦLOQ TBISSIMA 2020” lill-Missjoni tal-MSSP fil-Perù u Kuba

Madwar 3,000 persuna fil-bżonn, tirċievi ikla nutrittiva kuljum. Tqassmu madwar 8,000 borża ta’ ikel lil persuni fil-bżonn. Mijiet ta’ persuni ġew mgħejjuna fil-klinika immexxija mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) f’Arequipa, fil-Perù.

Dawn huma biss uħud mill-ħidmiet li l-MSSP wettqet fix-xhur li għaddew grazzi għad-donazzjonijiet li nġabru waqt il-maratona “OĦLOQ TBISSIMA 2020”.

Il-ħidmiet imsemmija twettqu permezz tar-reġjun tas-Soċjetà li jkopri l-missjonijiet fil-Perù li tinkludi sitt parroċċi u f’Kuba, fejn l-MSSP tmexxi paroċċa waħda.

Il-missjoni MSSP għandha proġetti oħra li jgħinu lin-nies biex isiru awtosuffiċjenti. Dan isir permezz ta’ taħriġ f’ħiliet differenti, ħiliet ta’ ġestjoni, ftuħ ta’ opportunitajiet ta’ negozju, eċċ. Qasam ieħor importanti ħafna ta’ servizz għall-komunitajiet differenti huwa t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, ommijiet waħedhom, tfal u anzjani. Inmexxu wkoll uffiċċju legali biex niggarantixxu d-drittijiet tan-nies kollha fil-parroċċi mmexxija mill-MSSP.

Id-donazzjoni mibgħuta mill-maratona “OĦLOQ TBISSIMA 2020” intużgħu l-iktar biex jiġu mgħejjuna, u jingħataw ikel nutrittiv numru ta’ persuni fil-bżonn. Il-parroċċi differenti organizzaw ‘Kċejjen tal-Komunità’ u boroż tal-ikel. Aħna nistmaw li qed norganizzaw medja ta’ 3,000 persuna kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa s-sena kollha. Ukoll, tajna aktar minn 8,000 basket tal-ikel. Dan kollu għadu għaddej bħalissa.

Madwar 15% tad-donazzjoni ntużat għall-kura tas-saħħa. L-MSSP tmexxi klinika tas-saħħa f’Arequipa, u huwa grazzi għall-preżenza tagħna fiż-żona li stajna ntaffu l-pandemija COVID-19 fuq il-pazjenti tagħna u nsalvaw il-ħajjiet. Aħna għamilna dan billi pprovdejna ossiġnu, mediċina, maskri, sanitizzaturi, u PPE lill-istaff tal-klinika.

Intant din is-sena se tkun qed tiġi organizzata Maratona Oħloq Tbissima mill-Ġimgħa 16 ta’ Lulju sa l-Ħadd 18 ta’ Lulju kuljum bejn il-ħamsa ta’ filgħaxija u nofsillejl.