EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp B: Danimarka 1 – 2 Belġju

(Ritratt: EPA)

Rimonta fit-tieni taqsima tagħti t-tieni rebħa konsekuttiva lil Belġju u kwalifikazzjoni

Rimonta fit-tieni taqsima tat rebħa oħra lill-Belġju fi Grupp B meta f’Kopenhagen għelbu lid-Danimarka 2-1. F’partita fejn id-Danimarka wriet l-appoġġ tagħha lil Chrisitian Eriksen li sofra attakk tal-qalb fil-partita kontra l-Finlandja, kienu l-Belġju li minkejja li marru minn taħt wara żewġ minuti dawru l-partita fit-tieni taqsima.

Id-Danimarka kellhom bidu mill-aqwa jekk kif wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor meta wara żball ta’ Denayer il-ballun spiċċa f’saqajn Hojbjerg li għadda lejn Poulsen li kkonkluda fil-baxx għal wara Courtois għal 1-0. Dan kien it-tieni l-aktar gowl veloċi li kien skorja fil-Kampjonati Ewropej.

Fit-tieni taqsima l-Belġju ħarġu fuq l-offensiva u fil-55 minuta kien Thorgan Hazard li għamel l-iskor indaqs. Il-Belġju dawra l-partita fil-71 minuta permezz ta’ gowl tal-midfielder Kevin De Bruyne li kien qed jirritorna fl-iskwadra wara li tilef l-ewwel partita. Lejn it-tmiem id-Danimarka pruvaw iġibu l-iskor indaqs u jsalvaw punt iżda minkejja l-periklu li ħolqu dan ma ssarafx f’gowls.

Danimarka: P. Schmeichel, A. Christensen, S. Kjaer, J. Vestergaard, J. Maehle, D. Wass, P. Hojbjerg, T. Delaney, Y. Poulsen, M. Damsgaard, M. Braithwaite

Belġju: T. Courtois, T. Alderwiereld, J. Denayer, J. Vertonghen, T. Meunier, Y. Tielemans, L. Dendoncker, T. Hazard, D. Mertens, R. Lukaku, Y. Carrasco

Referee: B’ Kuipers

Assisteni referees: S. Van Roekel, E. Zeinstra