Rebħa mportanti għall-Ukrajna | Il-Maċedonja ta’ Fuq viċin li jkunu eliminati mill-ewwel tournament maġġuri fl-istorja tagħhom
Kif kien mistenni l-Ukrajna ħarġu jiddominaw il-pusses tal-ballun mill-ewwel minuta hekk kif xejn anqas minn rebħa ma kienet se tkun biżejjed biex jżommu t-tamiet li jikkwalifikaw mal-aħħar sittax. Huma marru fil-vantaġġ fid-29 minuta meta minn corner minn fuq ix-xellug, Andriy Yarmolenko tefa’ ġewwa, wara li d-difiża Maċedonjana naqset milli tbiegħed il-periklu. Biex erba’ minuti wara l-ukrajna rduppjaw, meta minn pass din id-darba ta’ Andriy Yarmolenko, kien Roman Yaremchuk li bil-kalma poġġa l-ballun fix-xibka għal 2-0.
Madanakollu fit-tieni taqsima l-Maċedonja ta’ Fuq kienu aktar perikolużi u mpenjaw lill-goalkeeper Ukren. Fis-57 minuta l-Maċedonja ingħataw penalty wara li Alexander Karavev waqqa’ lil Goran Pandev fil-kaxxa. Inkariga ruħu minnu Ezgljan Alioski li wara li l-ewwel tentattiv kien salvat, mit-tieni tentattiv skorja it-tieni gowl tal-Maċedonja fil-Euro 2020. Iżda fit-83 minuta l-Ukreni din id-darba ingħataw penalty hekk kif Daniel Avramovski deher imiss il-ballin b’idu. Madanakollu, Stole Dimitrievski salva l-penalty mogħti mill-attakkant ta’ Atalanta Ruslan Malinovsky.
Ukrajna: G. Bushchan, O. Karavaev, I. Zabarnyi, M, Matviyenko, V. Mykolenko, T. Stepanenko, O. Zinchenko, M. Shaparenko, A. Yarmolenko, R. Malinovskyi, R. Yaremchuk
Maċedonja: S. Dimitrievski, S. Ristovski, D. Velkovski, V. Musliu, E. Aloiski, S. Spirovski, A. Ademi, B. Nikolov, E. Bardi, E. Elmas, G. Pandev
Referee: F. Rapallini
Assistenti referees: J. Belatti, D. Bonfa
//= $special ?>