Futbol Sport

Gennaro Gattuso jħalli lil Fiorentina wara 23 ġurnata

Il-coach Taljan Gennaro Gattuso se jħalli lil Fiorentina wara 23 ġurnata fit-tmun tal-club, hekk kif kellu diżgwid mal-president Rocco Commisso. Jidher li d-diżgwid bejn Gattuso, l-aġent ta’ Gattuso Jorge Mendes u l-president ta’ Fiorentina, kien fuq nuqqas ta’ qbil dwar trasferimenti. Skond rapporti fil-media Taljana, Gattuso ried jiffirma xi plejers li l-aġent tagħhom huwa Jorge Mendes, b’Commisso jippreferi plejers ta’ valur irħas.

Gattuso kien iffirma ma’ Fiorentina fil-25 ta’ Mejju li għadda, wara li mexxa lil Napoli għal-ħames post fis-Serie A. Fost dawk li jistgħu joħdulu postu hemm il-coaches Rudi Garcia ta’ Lyon u Andrea Pirlo, li tkeċċa minn ma’ Juventus fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.