Il-Pulizija fil-Ġermanja qed tfittex raġel armat li qatel mara u raġel fil-punent tal-pajjiż u ħarab mill-post.
Ir-raġel spara fuq iż-żewġ persuni fiċ-ċentru ta’ raħal f’Eskelkamp.
Il-vittmi inqatlu wieħed f’residenza u l-ieħor barra l-istess residenza.
Sa issa l-Pulizija qed jeskludu li dan kien att terroristiku. Skont il-media tal-Ġermanja, commandoes speċjali tal-Pulizija kienu fil-post tar-reat.
//= $special ?>