Futbol Sport

Gianluigi Buffon jirritorna ma’ Parma | 26 sena wara li ddebutta magħhom

Il-goalkeeper Taljan ta’ 43 sena Gianluigi Buffon irritorna mat-tim ta’ Parma, 26 sena wara d-debutt tiegħu magħhom. Mal-istess club Buffon kien iddebutta fl-1995 u kien parti mit-tim li rebaħ il-UEFA Cup fl-1999.

Buffon iffirma kuntratt ta’ sentejn mat-tim fis-Serie B, wara li ġie fi tmiemu l-kuntratt ma’ Juventus. Buffon hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers ta’ kull żmien fej rebaħ bosta unuri fosthom it-Tazza tad-Dinja fl-2006, kif ukoll rebaħ 10 darbiet l-Iscudetto ma’ Juventus.