Lokali Parlament

Gvern Nazzjonalista jirrifondi lura lill-poplu s-serq mill-kontijiet

– Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus tkellem fil-parlament dwar il-kontijiet tal-ilma u qal li l-WSC għandha tnaqqas €2 miljuni mill-qligħ ta’ €9.4 miljun għaliex il-Maltin insterqu €2 miljuni; dawn iridu jingħataw lura lill-poplu Malti. Gvern Nazzjonalista se jkun qed jirrifondi lrua dawn il-miljuni lill-poplu.

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) Ryan Callus semma’ l-investiment li wettaq Gvern Nazzjonalista fil-25 sena li dam jiggverna bejn l-1987 u l-2013 u qal li l-impjant tan-new water fejn jissaffa d-drenaġġ hu inizjattiva importanti. Hu ppropona li l-cards ma jmorrux Malta biex ma jkunx hemm dewmien. Tajjeb li żdeid il-provvista tan-new water iżda qed ikun hemm nuqqas ta’ pressa u ilma disponibbli.

Ryan Callus tkellem wdar l-importanza li jitqassam ilma tajjeb fl-iskejjel u appella wkoll biex il-WSC tinstalla water dispensers fil-pjazez Maltin. Hu tkellem dwar ir-restawr tar-Neva Reservoir li hu reservoir storiku.

Ryan Callus tqal li l-WSC ħadet €19-il miljun f’fondi mill-UE’ 19-il darba iktar mill-€1 miljun li kien jgħid il-PL. Hu qal li f’disa’ snin il-Gvern Laburista ma wettaqx il-wiegħda dwar il-bdil tal-karozzi f’oħrajn li jaħdmu b’enerġija nadifa tant li issa lanqas qed jgħid kemm se jinbidlu karozzi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li m’hemmx koordinazzjoni bejn Infrastructure Malta u Transport Malta bil-konswgenza li t-tarmak f’diversi toroq qed jerġa’ jinqala’ wara li tkun diġà sar. Dan qed iġib diffikultajiet għall-WSC.

Jirriżulta li 38% tal-ilma li qed jingħata lill-konsumatur ġej mill-ilma tal-pjan iżda l-gvern mhux jgħid kemm inġieb ilma tal-pjan fis-snin li għaddew. Hu qal li ma jirriżultax kemm l-WSC tat direct orders meta dan hu l-gvern li ta direct orders ta’ €250 biljun f’San Vinċenz de Paule.

Fl-2013 il-Gvern sab statistika tal-iktar baħar nadif tal-Mediterran, sostna Ryan Callus, li kompla li l-Gvern m’għandux pjan kif il-poplu jista’ jbiddel il-mentalità fl-użu tal-ilma.