Id-difensur Ingliż Harry Maguire qal li jinsab preparat u jħossu tajjeb fiżikament biex jilgħab kontra l-Iskozja. Harry Maguire ilu barra mill-azzjoni mill-bidu ta’ Mejju wara li sofra injury fl-għaksa waqt partita tal-Premier League ma’ Man Utd kontra Aston Villa.
Maguire huwa parti integrali mit-tim ta Gareth Southgate, hekk kif kien impressjona fit-Tazza tad-Dinja tal-2018 flimkien ma’ John Stones fid-difiża tal-Ingilterra. Minkejja dan, fir-rebħa ta 1-0 fl-ewwel partita minn Grupp D kontra l-Kroazja, Southgate beda bid-difensur Tyrone Mings flimkien ma’ Stones bħala difensuri ċentrali, fejn kellu partita tajba.
Għaldaqstant, Southgate irid jara jekk hux se jieħu r-riskju b’Maguire li ilu nieqes mill-logħob mill-bidu ta’ Mejju, jew jħalli s-sitema li biha kisbu l-ewwel rebħa fil-Euro 2020.
//= $special ?>