Nie Haisheng, Liu Boming u Tang Hongbo huma t-tliet astronawti li bdew missjoni spazjali li mistennija ddum tliet xhur. Tul din il-missjoni, tnejn mill-astronawti se jkunu qed jagħmlu żewġ hekk imsejħa spacewalks twal. Dan ifisser li se jkunu qed joħorġu
It-tliet Astronawti Ċiniżi jinsabu fi triqthom lejn stazzjon spazjali ġdid Ċiniż li jinsab madwar 380 km ‘l fuq mid-dinja.
Il-kapsula spazjali Shenzhou 12 beda l-vjaġġ tiegħu fid-9.22am ħin ta’ Beijing miċ-ċentru fid-deżert Gobi.
Din il-missjoni hija evidenza tal-kapaċitajiet taċ-Ċina fid-dominju spazjali.
Din hija l-itwal missjoni bl-astronawti miċ-Ċina f’dawn l-aħħar ħames snin.
Fl-aħħar sitt xhur, inbġiebu kampjuni ta’ ħamrija minn fuq il-qamar kif ukoll intbagħat robot b’sitt roti fuq Mars f’missjonijiet Ċiniżi.
//= $special ?>