EURO 2020 Futbol Sport

“Id-Danimarka kollha miegħek, Christian”

Fl-10 minuta, il-partita bejn id-Danimarka u l-Belġju waqfet għal minuta ta’ applaws b’rispett lejn Christian Eriksen. Dan seħħ wara li fil-partita bejn il-FInlandja u d-Danimarka, il-plejer bin-numru 10 Christian Eriksen sofra attakk tal-qalb lejn tmiem l-ewwel taqsima.

Eriksen kellu bżonn 13-il minuta ta’ CPR qabel ġie f’kundizzjoni stabbli u ttieħed l-isptar f’Kopehagen. Sadanittant aktar kmieni illum ħarġet l-aħbar li se jkun qed jitwaħħal pacemaker ma’ qalb Eriksen, sabiex isegwi ir-ritmu ta’ qalbu.