EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Il-Belġju b’ċans li jagħmluha għall-fażi li jmiss

(Ritratt: EPA)

F’dik li tista’ titqies bħala l-itqal partita tal-grupp, il-Belġju jilagħbu kontra d-Danimarka, b’ċans tajjeb li b’rebħa jagħmluha għall-fażi li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni.

Fl-ewwel partita kontra r-Russja, l-Belġju kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fejn urew is-saħħa tagħhom u li se jkunu wieħed mill-isfidanti ewlenin f’din il-kompetizzjoni. Għal din il-partita mistenni wkoll jirritorna fl-iskwadra l-midfielder ta’ Manchester City Kevin De Bruyne li tilef l-ewwel partita minħabba l-injury li sofra fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea.

Minn naħa l-oħra, għad-Danimarka din se tkun l-ewwel partita wara dak li seħħ lil Chrisitian Eriksen fil-partita kontra l-Finlandja. Ċertament li għall-iskwadra Daniża din se tkun partita emozzjonali hekk kif il-players se jkunu influwenzati minn dak li seħħ lil Eriksen.

Għad-Danimarka se tkun ukoll partita importanti hekk kif iridu jiksbu bilfors rebħa biex jibqgħu fiċ-ċans li jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss wara li fl-ewwel partita sofrew telfa ta’ 1-0 kontra l-Finlandja. Din se tkun ir-raba’ partita bejn id-Danimarka u l-Belġu hekk kif fit-tliet partit l-oħra, l-Belġju rebħu darbtejn filwaqt li d-Danimarka rebħu darba.

Grupp B: Danimarka v Belġju 6.00pm