Lokali Qorti

Il-Bord ta’ Inkjesta Pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia se jikkonkludi l-inkarigu sal-15 ta’ Lulju

Il-Bord ta’ Inkjesta Pubblika li ppreseda l-każ dwar l-assasinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia jixtieq jinforma lill-pubbliku li huwa intenzjonat li jikkonkludi l-inkarigu tiegħu sal-15 ta’ Lulju li ġej. Il-Bord mmexxi mill-Imħallef Emeritus Michael Mallia, l-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino u l-Imħallef sedenti Abigail Lofaro semgħu għexieren ta’ xhieda biex jistabilixxu jekk l-istat setax għamel xi ħaġa biex jevita l-omiċidju ta’ Caruana Galizia.

Dan kollu jagħmel parti mill-atti tal-inkjesta datata 19 ta’ Novembru 2019, skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika. Fl-4 ta’ Ġunju li għadda l-Bord diġa kien ħabbar li kien temm is-smigħ tax-xhieda u issa qed jaħdem fuq ir-rapport tiegħu.

Il-Bord ta’ Inkjesta, li twaqqaf f’Diċembru 2019 wara pressjoni mill-Kunsill tal-Ewropa u s-soċjetà ċivili, sema’ spettru vast ta’ xhieda u provi tax-xhieda, li jvarjaw mill-eks Prim Ministru, sa attivisti fid-19-il xahar ta’ operazzjoni tiegħu.

Il-pubbliku issa ġie notifikat li għaldaqstant waslet biex tiġi konkluża din il-fażi tal-inkjesta.. L-Avukat tal-Istat Chris Soler irrappreżenta lill-Istat, filwaqt li l-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia assistew lill-familja Caruana Galizia.