Hekk kif aktar ma jgħaddi żmien, aktar nies qed japprezzaw l-impenn tal-Partit Nazzjonalista biex is-saħħa mentali tkun elevata għall-eċċellenza, il-Gvern ta’ Robert Abela qed ikun reattiv biex jipprova jagħti x’jifhem li qed jagħmel xi ħaġa ħalli jindirizza dawn l-isfidi.
Fil-fatt, sorsi li tkellmu ma’ NET News qalu li, wara li l-Partit Nazzjonalista ppreżenta l-proposti tiegħu dwar dan is-settur – proposti li żammew fiċ-ċentru tagħhom lill-pazjenti u lill-qraba taghom – id-Deputat Laburista Silvio Grixti ntalab minn Kastilja biex isejjaħ laqgħa ta’ malajr tal-Kumitat Parlamentari Permanenti tas-Saħħa, li hu jmexxi.
Mill-informazzjoni li għandu NET News jirriżulta li Grixti sejjaħ il-laqgħa għal xi ġurnata l-ġimgħa d-dieħla u inkluda speċifikament fuq l-aġenda rapport li l-Kummissarju għas-Saħħa Mentali kien ikkonkluda f’Novembru li għadda, jiġifieri seba’ xhur ilu.
Is-sorsi li tkellmu magħna spjegaw li dan il-pass sar b’reazzjoni għall-proattività tal-Partit Nazzjonalista, li permezz tal-clusters, qed jippreżenta għadd ta’ proposti għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
//= $special ?>