Ambjent Lokali

Il-Kummissjoni Ewropea twissi lill-Gvern Malti dwar l-immaniġġjar tal-iskart

Il-Kummissjoni tikkonfermadak li ilu jgħid il-PN

Il-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar jiem reġgħet wissiet lil Malta biex taġġorna l-liġijiet ma
direttivi Ewropej dwar l-immaniġġjar tal-iskart, il-faċilitajiet fejn jintefa l-iskart u t-tnaqqis ta’
skart iġġenerat mill-ippakkeġġjar tal-prodotti.

Fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista dwar l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Robert Cutajar, qal li din it-twissija hija konferma ta’ dak li ilu jgħid il-PN li l-Gvern falla fil-miri tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam l-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna. Twissija li tikkonferma li l-Gvern Laburista, wara 8 snin fit-tmexxija tal-pajjiż, naqas milli jieħu l-azzjonijiet u deċiżjonijiet flinteress ta’ pajjiżna. Fid-deċiżjonijiet ewlenin dwar ksur ta’ liġijiet Ewropej minn stati membri,
l-Kummissjoni Ewropea qalet li f’Ottubru li għadda bagħtet ittri formali ta’ twissija lill-Gvern
Malti.

Il-Kummissjoni ħabbret li issa bagħtet opinjoni motivata biex Malta tagħmel it-tibdil neċessarju. Jekk
il-Gvern ma jibgħatx imqar tweġiba fix-xahrejn li ġejjin, Malta tista’ titressaq quddiem il-Qorti
Ewropea tal-Ġustizzja minħabba li ma tkun segwiet id-direttiva.

Fid-direttiva dwar ir-rimi tal-iskart, l-Unjoni Ewropea timponi restrizzjonijiet fuq l-istati
membri dwar l-iskart kollu li jista’ jiġi riċiklat jew li minnu tista’ tiġi ġġenerata l-enerġija mill2030 ‘il quddiem. Sal-2035, 10% biss tal-iskart jista’ jintefa’ f’ċentru għar-rimi tal-iskart, waqt
li tintroduċi regoli dwar kif isir il-kalkoli biex il-miri dwar ir-rimi tal-iskart jintlaħqu. Malta,
bħall-istati membri l-oħra, għandu jkollha sistema effettiva biex tikkontrolla il-kwalità u mod
kif issegwi l-iskart li jintrema f’ ċentri għall-iskart.

Dwar l-immaniġġjar tal-iskart, id-direttiva tistabbilixxi miżuri operattivi minimi biex ikun
hemm skemi dwar ir-responsabiltajiet ta’ min jipproduċi il-prodotti waqt li Malta u l-istati
membri l-oħra iridu jsaħħu ir-regoli biex jitnaqqas l-iskart. F’inqas minn erba’ snin oħra, aktar
min-nofs tal-iskart li jiġi ġġenerat mid-djar irid ikun riċiklat, rata li se tkun ikkalkulata skond
il-piż tal-iskart.

Din il-mira se tkun qed tiżdied għal 60% sal-2030 u 65% sal-2035. Malta trid
tbiddel il-liġijiet ukoll biex jitnaqqas l-iskart ġġenerat mill-ippakkeġġjar tal-prodotti u b’hekk
ikun hemm l-inqas impatt ambjentali possibbli riżultat ta’ dan it-tip ta’ skart. Il-Kummissjoni
Ewropea qed tisħaq li l-istati membri Ewropej, inkluż pajjiżna, jibqgħu jżommu mal-miri
stabbiliti biex l-għanijiet ambjentali li kien hemm qbil dwarhom fost l-istati membri jintlaħqu.
Din it-twissija hija konferma oħra li l-ambjent għall-Gvern Laburista mhux prijorita.