EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Konfront deċiżiv għaż-żewġ timijiet

Il-partita bejn l-Ukrajna u l-Maċedonja ta’ Fuq se tkun determinanti għaż-żewġ nazzjonijiet hekk kif wara li tilfu l-ewwel partiti rispettivi, din se tkun partita kruċjali hekk kif it-tim tellief probablilment ikun eliminat minn din il-kompetizzjoni.

L-Ukrajna fl-ewwel fl-ewwel partita tilfet 3-2 kontra l-Olanda fejn minkejja r-rimonta li wettqu fl-aħħar ħinijiet ma kienx biżejjed biex it-tim ta’ Andriy Shevchenko jieħu xi ħaġa minn din il-partita.

Minn naħa l-oħra l-Maċedonja ta’ Fuq li kienu qed jiddebuttaw f’din il-kompetizzjoni tilfu wkoll l-ewwel konfront 3-1 kontra l-Awstrija, bit-tim ta’ Igor Angelovski qed isibha diffiċli jlaħħaq mal-livell tan-nazzjonijiet il-kbar li qed jilagħbu f’din il-kompetizzjoni.

Fil-passat, iż-żewġ nazzjonijiet lagħbu erba’ partiti bejniethom, bl-Ukranja jirbħu darbtejn filwaqt li l-Maċedonja jirbħu darba biss.

Grupp Ċ : Ukrajna v Maċedonja ta’ Fuq 3:00pm ( National Arena Stadium, Bucharest)