Lokali

Il-Kap tal-PN jikteb lill-FATF sabiex jassigura li Gvern Nazzjonalista jġib lura r-reputazzjoni li tilef pajjiżna

"ll-PN se jibqa' jiddefendi l-interessi ta' Malta" - Bernard Grech

“L-aħbar ta’ llum li l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Ġermanja ħadu pożizzjoni kontra l-Gvern Malti fir-rapport tal-Financial Action Task Force (l-FATF) hu inkwetanti ħafna. Din hi materja ta’ importanza nazzjonali u li tista’ tħalli effett negattiv bla preċedent fuq l-industrija tas-servizzi finanzjari ta’ pajjiżna, u dak tal-gaming fost l-oħrajn.”

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-ewwel kumment tiegħu wara l-aħbar li ħarġet illum. Huwa qal li r-responsabbilità politika għal dan taqa’ għal kollox f’idejn il-Gvern Laburista. Għalhekk jeħtieġ bidla fil-mentalità u mhux eżerċizzju ta’ tick-the-box kif qal Robert Abela.

Bernard Grech qal li wara tant snin ta’ sagrifiċċji ma kien imissu qatt li wasalna s’hawn u dan żgur ma jpoġġix lil Malta fost l-aqwa fid-dinja, kif qiegħed jgħid Robert Abela, iżda bil-kontra.

Huwa kompla jgħid li kien propju għalhekk li kiteb lill-FATF sabiex jassigurahom li bħala Gvern alternattiv, il-Partit Nazzjonalista se jġib lura r-reputazzjoni li tilef pajjiżna.