EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Partita diretta għal min se jirbaħ il-grupp

Il-partita bejn l-Olanda u l-Awstrija se tkun waħda diretta għal min se jirbaħ Grupp Ċ hekk kif iż-żewġ timijiet rebħu l-ewwel partita tagħhom fil-grupp kontra l-Ukrajna u l-Maċedonja ta’ Fuq rispettivament.

Ċertament li l-Olanda se jibdew bħala favoriti, hekk kif minkejja li fil-bidu ma kienux meqjusha mal-favoriti li jirbħu dan it-tournament jidher li l-mod offesniv li bih lagħbu kontra l-Ukrajna u anke ċertu players individwali li għandu fl-iskwadra l-kowċ Frank de Boer jistgħu jwasslu lill-Olanda sa stadji avvanzati tal-kompetizzjoni.

L-Awstrija minn naħa tagħhom se jkunu mingħajr l-attakkant Marco Arnautovic hekk kif ġie spospiż partita waħda wara kummenti li għadda fil-konfront ta’ player tal-Maċedonja. In-nuqqas ta’ Arnautovic żgur se jinħass fl-iskwadra ta’ Franco Foda.

Fil-partita passati, l-Olanda rebħet sitt darbiet filwaqt li l-Awstrija għandhom il-vantaġġ hekk kif rebħu tmien partiti.

Grupp Ċ: Olanda v Awstrija 9.00pm