Pulizija f’Hong Kong arrestaw ħames ġurnalisti tal-gazzetta Apple Daily, gurnal li jmexxi aġenda favur id-demokrazija fil-pajjiż.
L-arrest tal-editur u l-erba’ ġurnalisti oħra seħħ kmieni l-Ħamis filgħodu bir-raġuni mogħtija tkun ta’ suspett marbuta mal-liġi dwar is-sigurtà nazzjonali.
Apple Daily hi propjetà ta’ Jimmy Lai, persun prominenti u influwenti ħafna fil-qasam tal-media f’Hong Kong. Lai ġie arrestat ukoll b’lista twila ta’ akkużi fuq rasu.
Dan il-ġurnal hu magħruf sew għall kritika qawwija li jagħmel lit-tmexxija ta’ Beijing.
Biex saru l-arresti tal-ġurnalisti l-Ħamis filgħodu l-Pulizija ċċirkondaw il-binja tal-uffiċini tal-gazzetta u mblukkaw id-dħul u l-ħruġ kollu tal-binja. Intant, Apple Daily marret live fuq Facebook biex xandret filmati live tal-arresti tal-ġurnalisti tagħha.

Minn meta kienet introdotta l-liġi kontroversjali ferm dwar is-sigurtà nazzjonali s-sena li għaddiet, kienu għexieren l-attivisti arrestati. L-introduzzjoni ta’ din lil-liġi kienet qanqlet protesti kbar li damu għaddejjin il-ġimgħat.
//= $special ?>