Lokali

Qed jinqdew bil-kumpaniji MaltaPost u DHL biex iqarrqu bin-nies

Il-Pulizija qed tirċievi mal-20 rapport kuljum minn vittmi ta’ emails u messaġġi li jirrigwardjaw scams marbuta ma’ parcels li suppost jaslu bil-posta….meta fil-fatt ikunu messaġġi u emails qarrieqa, bil-għan li jiffrodaw lin-nies.

Dawn it-tip ta’ emails u messaġġi qed jintbagħtu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz, u ilhom ghaddejin minn April .. ghalkemm fl-aħħar ġimgħat kien hemm żieda. U jidher illi dawn l-scams qed jinqdew bl-ismijiet tal-kumpaniji DHL u Maltapost biex iqarrqu bin-nies.

Adrian Vassallo, ic-Chief Operations Officer tal-kumpanija Maltapost spjega ma’ Net News kif in-nies għandhom jindunaw b’dawn it-tip ta’ scams.

Tkellimna wkoll ma’ Charles Schiavone, Manager tal-kumpanija DHL Express Malta.

Ghalhekk, qed isir appell biex il-konsumaturi joqgħodu ħafna attenti qabel ma jgħaddu informazzjoni sensittiva.

Adrian Vassallo spjega li bħalissa qed iħabbtu wiċċhom ukoll ma’ diversi scams oħra fejn il-konsumatur jixtri oġġetti minn website li titla’ fuq is-social media …biex imbgħad tasallu xi ħaġa li hi ta’ valur żgħir.