Rafael Nadal ħabbar li mhux se jkun qed jieħu sehem fit-tournament ta’ Wimbledon li jsir aktar tard matul ix-xahar li ġej kif ukoll li mhux se jikkompeti fl-Olimpjadi ta’ Tokjo.
Nadal qal li ħa din id-deċiżjoni wara li tkellem mat-tim tiegħu kif ukoll minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu fejn qal ukoll li ma kinitx deċiżjoni faċli. Ir-rebbieħ ta’ 20 Grand Slam l-aħħar li rebaħ it-tournament ta’ Wimbledon kien fl-2010. Hu ħa sehem fi tliet Olimpjadi, ta’ Ateni, Beijing u Rio.
//= $special ?>