Il-captain tad-Danimarka Simon Kjaer tkellem għall-ewwel darba mill-inċident li seħħ fil-partita kontra l-Finlandja fejn il-midfielder Christian Eriksen sofra attakk tal-qalb u krolla ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima.
Kjaer kien il-player li salva ħajjet Eriksen hekk kif ra x’kien qed iseħħ mar mal-ewwel jagħtih l-ewwel għajnuna. Kjaer kien ukoll il-player li mar jikkonsla lis-sieħba ta’ Eriksen hekk kif niżlet fil-ground. Id-difensur ta’ Milan qa li għall-partita kontra l-Belġju minkejja li Eriksen mhux se jkun fil-ground magħhom xorta se jkun f’qalbhom u f’moħħhom. Żied jgħid ukoll li għalih u għal sħabu f’dawn il-jiem il-prijoritá ma kinitx il-futbol iżda kienet saħħet Eriksen.
Id-Danimarka trid tieħu xi punti mill-partita ta’ llejla kontra l-Belġju biex iżomm it-tamiet li tikkwalifika għall-fażi li jmiss hekk kif tilfet l-ewwel partita 1-0 kontra l-Finlandja.
//= $special ?>