Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 40 sena kellu jiġi rikoverat l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident bil-mutur.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-6.45pm fi Triq San Tumas, Ħal Luqa.

Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident u mill-ewwel stħarriġ li għamlu rriżulta li r-raġel, residenti Birżebbuġa, tilef il-kontroll tal-mutur Honda, laqat il-bankina u waqa’, bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li weġġa’
gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.