Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’Ħal Kirkop

Sewwieq ta’ mutur miż-Żurrieq kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara inċident f’Ħal Kirkop.

Il-każ seħħ il-Ħamis filgħodu fi Triq il-Mitjar meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-vittma ta’ 71 sena u vettura misjuqa minn żagħżugħa ta’ 21 sena residenti Ħal Kirkop.

Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanza li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.