Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident iż-Żejtun

Ritratt: Mill-Arkivji

Raġel ta’ 30 sena u residenti Marsaxlokk kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Marsaxlokk, iż-Żejtun. Il-każ seħħ ftit qabel it-8am.

Fil-ħabta kienu involuti mutur Kymco, misjuq mill-vittma, u vettura Nissan, misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti ż-Żejtun stess. Fin-Nissan kien hemm ukoll mara ta’ 23 sena residenti l-Ħamrun.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna b’ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.