Lokali Qorti

Surġent tal-Pulizija akkużat bi stupru tkellem ma’ xhud mill-ħabs

Surġent tal-pulizija akkużat li stupra lill-vittma ta’ serqa li mar jinvestiga, x’aktarx li kkomunika b’mod illegali ma’ xhud wara l-arrest tiegħu. Il-Maġistrat Gabriella Vella ppresediet il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Glenn Carabott ta’ 40 sena li jinsab akkużat bi stupru, atti sesswali mhux kunsenswali, li ħa filmat tal-att mhux kunsenswali, fastidju sesswali u li wettaq reat li huwa kien obbligat li jipprevjeni.

Huwa kien iffilmja bil-mobajl 12-il sekonda tal-allegat vittma waqt li kien qed jagħmel is-sess orali qal fil-Qorti minn Spettur tal-Pulizija. Matul is-seduta il-Maġistrat semgħet xhud tal-Prosekuzzjoni tixhed li tkellmet mal-akkużat mingħajr permess waqt li kien il-ħabs.

Ix-xhud, li hija mara li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-qorti, qalet li kienet ilha taf lill-akkużat għal bejn sena sa 18-il xahar sakemm ġie arrestat. Huwa kien ħabib ta’ binha u hi kienet qed tgħin lil Carabott jieħu ħsieb qariba anzjana, hija qalet.

Ix-xhud kienet iċempel lil Carabott regolarment, hija qalet u li fil-lejl ta’ qabel l-arrest tiegħu, fis-17 ta’ April, hija kienet irċeviet telefonata mill-akkużat għall-ħabta tas-2: 5am, hija qalet. “X’intqal?” staqsa l-Ispettur John Spitri. “Dik il-lejla smajt il-bieb ta’ barra tiegħi jinstabat. Ibni qalli li Glen Carabott probabbilment kien fuq ix-xogħol, allura ċempiltlu u qalli li dak il-ħin kien qed jinvestiga ‘break-in’ u ma setax jiġi.”

Ix-xhud qalet li ma kinitx ċemplet l-għassa tal-pulizija, Aktar tard fix-xhieda tagħha, il-mara qalet li l-istorbju “probabbilment kien minħabba r-riħ qawwi li beda jonfoħ dak in-nhar” L-Ispettur Spiteri reġa ’staqsa lix-xhud dwar it-telefonata tas-2.00 am.

“Sa fejn naf kont jien li ċempiltlu u m’iniex ċerta jekk kienx ċempilli lura biex jgħidli li ma jistax jiġi,” hijaqalet. Fil-Qorti ħareġ li l-mara kellmet ukoll lil Carabott waqt li kien taħt kustodja preventiva u ma talbitx permess biex jagħmel dan. Ippressata mill-prosekuzzjoni, il-mara ammettiet li Carabott kien ċemplilha okkażjonalment fuq it-telefon tad-dar tagħha.

Hija qalet li s-suġġett tal-konversazzjoni kien dwar ommu, li hija anzjana. Il-Maġistrat ma kinitx konvinta mix-xhieda inkonsistenti tagħha, u staqsiet għaliex ma kinitx ċemplet l-għassa tal-pulizija kieku kienet tant beżgħana mill-ħsejjes tal-bieb ta’ barra li beda jinsatabat.

Il-qorti wissiet lix-xhud li l-konsegwenzi ta’ xhieda falza huma serji. Il-kobba kmpliet titħabbel fix-xhieda tal-mara meta saħansitra stqarret li Carabott kienet mar għandha “għall-ħabta tas-2: 15 am.” “Huwa ġie għandek qabel it-telefonata?” staqsa Spiteri.

L-Ispettur imbagħad talab lill-qorti biex taħtar espert tekniku biex jaċċessa s-sistema tat-telefon tal-ħabs għal evidenza u r-rekords flimkien mar-reġistrazzjonijiet ta’ telefonati bejn l-akkużat u partijiet terzi. Spiteri talab ukoll li jinħatar transkrittur biex jittraskrivi dawn it-telefonati.

Spiteri esebixxa sensiela ta’ emails bejnu u bejn qarib tal-akkużat, li jippermettulha żżur lill-akkużat fil-ħabs. Il-qarib kien talab li x-xhud titħalla żżur ukoll lil Carabott, iżda dan kien ġie miċħud mill-Ispettur, peress li kienet sejra tixhed, huwa spjega.

L-Ispettur tal-Pulizija Michael Vella xehed ukoll fil-kumpilazzjoni fejn qal lill-qorti li beda jinvestiga rapport li kien sar minn mara. “Kien hemm rapport fuq xi serq, li lanqas biss kien irreġistrat minn naħa tal-Pulizija.” Is-Supretendent tiegħu kien qallu wkoll li meta s-Surġent tal-pulizija mar fuq il-post kien hemm possibbiltà ta’ atti sesswali.

Kien hemm ukoll suspettat li ntużat id-droga peress li l-vittma kienet ukoll dipendenti fuqha, żied jgħidl-uffiċjal. Carabott wara ġie arrestat u interrogat. Huwa kien qal lill-pulizija li kien mar jinvestiga r-rapport waħdu, bi ksur tal-proċeduri iżda kien ċaħad l-allegazzjoni ta’ stupru, qal l-Ispettur Vella.

Il-vittma kien ta lill-pulizija tissue maħmuġa u flokk li l-akkużat allegatament uża biex jimsaħ lilu nniffsu fis-sink fejn mar jitlaħaħ. Dawn ġew mgħoddija lil espert tad-DNA. Fuq il-karozza tal-pulizija ta’ Carabott hemm installat data tack li wera l-karozza tiegħu kienet marret fuq il-post għal madwar 50 minuta, meta l-akkużat kien qal lill-Pulizija li dam gġand il-mara madwar 20 minuta, fil-ħin tal-allegat inċident.

Carabott wara wera lill-pulizija filmat ta’ 12-il sekonda tal-vittma li tagħtu sess orali. Fil-filmat deher ċinturin, taser, u arma, li kienu viżibbli fil-filmati, qal Vella. L-Avukat Arthur Azzopardi staqsa lil Vella jekk kienx eżamina jekk il-vittma qatt għamlet xi rapporti simili fil-passat, bit-tweġiba tkun fin-negattiv. Il-każ ikompli f’Lulju. L-Avukati Arthur Azzopardi u Charmaine Cherrett huma avukati difensuri.