Lokali

Żewġ persuni jittieħdu l-isptar wara inċident bil-quadbike f’Għawdex

Żewġ nisa kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku bil-quadbike fil-gżira Għawdxija.

Il-każ seħħ ftit qabel l-11 tal-Ħamis filgħodu fi Triq Anton Buttigieg…bejn in-Nadur u l-Qala meta għal xi raġuni l-vittmi ta’ 25 u 30 sena rispettivament tilfu l-kontroll tal-quadbike li kienu abbord fuqha bil-konsegwenza li seħħ impatt vjolenti ma’ ħajt.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-barranin l-isptar għal aktar kura.