Internazzjonali

34 mara jiftħu kawża legali kontra Porn Hub

Numru ta’ nies fetħu kważa l-Qorti kontra s-sit pornografiku Porn Hub minħabba li dan ippubblika materjal mingħajr il-kunsens tagħhom. Fil-kawża, in-nisa qed jallegaw li s-sit qed jagħmel “profitti kbar minn fuqhom”, migħajr ma taw l-approvazzjoni li jintużaw dawn il-filmati.

Jidher li l-videos huma kollha ta’ nisa taħt l-età, bil-filmati miġbuda snin ilu minn eks partners tagħhom.

Huma 130 miljun dawk li jidħlu f’dan is-sit kuljum – aktar minn Netflix u minn Amazon.

Dan is-sit pornografiku jitmexxa mill-kumpanija MindGeek.