EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Christian Eriksen joħroġ mill-isptar

Il-Federazzjoni tal-Futbol Daniża ħabbret li Christian Eriksen kien rilaxxat mill-isptar f’Kopehagen wara l-operazzjoni ta’ suċċess li saritlu. Eriksen żar ukoll lit-tim Daniż u se jkun qed jirritorna d-dar flimkien mal-familjari tiegħu.

F’messaġġ li tefgħet il-Federazzjoni Daniża, Eriksen irringrazzja li dawk li bagħtulu messaġġ ta’ kuraġġ f’dan iż-żmien diffiċli.

Christian Eriksen li sofra attakk tal-qalb fil-partita kontra l-FInlandja nhar is-Sibt li għadda, salu intervent fejn tpoġġielu pacemaker, li jkun jista’ jikkontrolla r-ritmu li bih tħabbat qalbu.