Fl-aħħar sigħat pajjiżna kellu 3 każijiet ġodda tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 4 persuni, bl-ammont ta’ każijiet attivi issa niżel għal 32. Tul l-aħħar ġimgħa f’pajjiżna nstabu 9 każijiet ġodda, filwaqt li f’Malta kien hawn mewta waħda, bl-ammont ta’ vittmi huwa dak ta’ 420.
F’pajjiżna, sa issa, ftit aktar minn 278,000 persuna jew madwar 63% tal-popolazzjoni tlaqqmet b’mod sħiħ. Il-proċess tat-tilqim beda fl-aħħar ta’ Diċembru, u nhar l-Erbgħa nfetħet ir-reġistrazzjoni għall-aħħar faxxa tal-popolazzjoni li tista’ titlaqqam – dik ta’ bejn it-12 u s-16-il sena. F’Malta sa issa kellna 30,588 każ, bi 30,136 jirkupraw mill-virus.
Ilmenti dwar iċ-ċertifikat tal-vaċċin
Fl-aħħar jiem il-kamra tal-aħbarjiet ta’ Net News irċeviet għadd ta’ lmenti mingħand nies li qed japplikaw għaċ-ċertifikat tal-vaċċin, b’ħafna jgħidulna li għalkemm huma jistgħu japplikaw għal dan iċ-ċertifikat, ma jistgħux jaċċessawh.
Mill-informazzjoni li kiseb Net News jidher li qed ikun hemm problemi għall-aċċess mill-website tal-istess ċertifikat, b’ħafna jgħidulna li sa anki ħassru vaganza għax ma għandhomx dan iċ-ċertifikat …u l-anqas setgħu jaċċessawh anki meta marru fl-uffiċċji fil-Belt Valletta.
Intant din kienet l-ewwel ġimgħa illi fiha ma twassalx il-bullettin mediku mis-Supridentent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci – deċizzjoni simili ghal dik li kienet ittiedħet anki bħal dan iż-żmien sena ilu.
//= $special ?>