EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Cristiano Ronaldo l-ewwel persuna fid-dinja li jilħaq 300 miljun follower fuq Instagram

(Ritratt: EPA)

L-attakkant Portugiż Cristiano Ronaldo jkompli jikser aktar rekords, kemm fil-ground u anke barra l-ground. Ronaldo sar l-ewwel persuna fid-dinja li laħaq 300 miljun follower fuq il-paġna tiegħu ta’ Instagram.

Fl-aħħar jiem Ronaldo kien involut f’kontroversja sħiħa, b’ħafna jsostnu li dan ikkontribwixxa għaż-żieda fil-followers tiegħu fuq Instagram. Qabel indirizza konferenza tal-aħbarijiet, Ronaldo ddeċieda li jneħħi xarba ta’ wieħed mill-isponsors ewlenin tal-Euro 2020 u minflok itellgħa flixkun ilma, l-istess għamel il-midfielder Paul Pogba hekk kif dan neħħa flixkun birra minn quddiemu.