Lokali

“Din is-sitwazzjoni mhix aċċettabbli” – MIA

B’referenza għar-ritratti ta’ kjuwijiet twal fil-Baggage Reclaim and Arrivals Hall li ilhom jiċċirkolaw fuq il-media soċjali, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta huwa konxju ta’ din is-sitwazzjoni inaċċettabbli.

Fi stqarrija l-Ajrupost Internazzjonali ta’ Malta qed jerġa’ jsejjaħ lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex il-proċess ta’ verifika tad-dokument tas-saħħa jiġi diġitalizzat kompletament mingħajr aktar dewmien. “Il-kjuwijiet tal-lum juru b’mod ċar li l-kontrolli attwali huma b’mod ċar inadegwati u insostenibbli.”

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jappella għal leġiżlazzjoni aktar b’saħħitha biex jiġi infurzat l-użu ta’ dikjarazzjonijiet u ċertifikati tas-saħħa diġitali mill-vjaġġaturi.