Draw ta’ mingħajr gowls fid-derby tar-Renju Unit
Fl-ewwel taqsima l-Iskozja kienu l-aktar tim komdu fil-ground fejn il-pjan tattitku tagħhom ħadem aħjar minn dak tal-Ingliżi, li min-naħa tagħhom kienu xi ftit eratiċi fil-passes tagħhom. Madanakollu l-ewwel azzjoni perikoluża għall-Ingilterra waslet fit-12-il minuta meta minn corner ta’ Mason Mount, id-daqqa ta’ ras ta’ John Stones ħabtet mal-lasta. L-Ingilterra reġgħu kienu perikolużi fis-17-il minuta meta minn pass fit-tul, Phil Foden niżżel tajjeb iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet ftit barra. Fid-29 minuta waslet l-ewwel azzjoni perikoluża tal-Iskozja meta minn cross minn fuq ix-xellug, id-difensur lateral Stephen O’Donnell ra x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper Jordan Pickford.
Fil-bidu tat-tieni taqsima Mason Mount għadda tajjeb min-naħa xellugija u x-xutt tiegħu kien salvata tajjeb mill-goalkeeper Skoċċiż David Marshall. Fil-61 minuta David James qala’ x-xutt ta’ Lyndon Dykes minn fuq il-linja tal-lasta biex żamm l-iskor 0-0. Bit-tieni taqsima nieqsa mill-azzjonijiet perikolużi fis-77 minuta, minn cross ta’ Andrew Robertson ,Che Adams ra l-konklużjoni tiegħu mill-viċin tgħaddi għoli mil-lasti difiżi minn Jordan Pickford, bil-partita tintemm fi draw ta’ 0-0.
Ingilterra: J. Pickford, L. Shaw, D. Rice, J. Stones, H. Kane, R. Sterling, M. Philips, T. Mings, M. Mount, P. Foden, R. James
Skozja: D. Marshall, S. O’Donnell, A. Robertson, S. Mc Tominay, G. Hanley, K. Tierney, J. Mc Ginn, C. Mc Gregor, L. Dykes, C. Adams, B. Gilmour
Referee: A. Lahoz
Assistenti referees: P. Devis, R. del Palomar
//= $special ?>