EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp D : Kroazja 1 – 1 Repubblika Ċeka

Fl-ewwel taqsima ir-Repubblika Ċeka ħarġu b’saħħithom aktar mill-Kroazja fejn kienu perikolużi fl-azzjonijiet tagħhom. Fis-37 huma marru fil-vantaġġ meta Dejan Lovren laqgħat bil-minkeb lil Patrick Shcick, bir-referee jordna penalty. L-istess Patrick Schick inkariga ruħu mill-ħdax-il metru u ma żbaljax għal 1-0.

Fit-tieni taqsima il-Kroazja ħarġu motivati biex iġibu l-gowl tad-draw u ma tantx damu biex għamlu dan. Kien Ivan Perisic li fis-47 minuta minn pass ta’ Andrej Kramaric, għeleb li goalkepper tar-Repubblika Ċeka b’xutt bis-saħħa u għamel l-iskor 1-1.

L-ewwel ħdax inizjali għall-partita bejn il-Kroazja u r-Repubblika Ċeka huma dawn :

Kroazja : D.Livakovic, S.Vrsaljko, D.Lovren, D.Vida, J.Gvardiol, L.Modric, M.Kovacic, I.Perisic, A.Kramaric, J,Brekalo, A.Rebic

Repubblika Ċeka : T.Vaclik, V.Coufal, T.Kalas, O.Celustka, J.Boril, T.Soucek, T.Holes. L.Masopust, V.Darida, J.Jankto, P.Schick

Referee: C. del Cerro Grande

Assistenti Referees : J. Carlos Yuste, R. Alonso Fernandez