EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

EURO 2020 | Grupp E : Żvezja 1 – 0 Slovakkja

L-Iżvezja aktar viċin il-kwalifikazzjoni b’rebħa mportanti fuq l-Islovakkja

Fl-ewwel taqsima il-logħob kien bilanċjat bl-Iżvezja jkunu xi ftit aktar perikolużi mill-avversarji. Minkejja dan l-ebda tim ma rnexxielu jiftaħ l-iskor.

Fit-tieni taqsima l-Iżvezja ħarġu aktar perikolużi, fejn il-goalkeepr Slovakk kellu jsalva konklużjoni ta’ Ludwig Augustinsson, b’daqqa’ ta’ ras ta’ Marcus Danielson tgħaddi ftit barra. Biex l-Iżvezja marru fil-vantaġġ fis-77 minuta meta Martin Dubravka waqqa lil Martin Quaison fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru nkariga ruħu Emil Forsberg li kkonkluda ġewwa għal 1-0.

L-ewwel ħdax inizjali għall-partita bejn l-Iżvezja u s-Slovakkja huma dawn :

Żvezja : R.Olsen, M.Lustig, V.Lindelof, M.Danielson, L.Augestinsson, K.Olsson, A.Ekdal, S.Larsson, E.Forsberg, M.Berg, A.Isak

Slovakkja : M.Dubravka, P.Pekarik, L.Satka, M.Skriniar, T.Hubocan, P.Hrosovsky, J.Kucka, M.Koscelnik, M.Hamsik, R.Mak, O.Duda

Referee : D.Slebert

Assistenti Referees : J.Seidel, R.Foltyn