EURO 2020 Futbol Gruppi Sport

Giorgio Chiellini mistenni jitlef l-aħħar partita tal-grupp kontra Wales

(Ritratt: EPA)

Id-difensur Taljan Giorgio Chiellini mistenni jitlef l-aħħar partita tal-grupp kontra Wales wara injury li sofra fil-partita li għaddiet kontra l-Iżvizzera.

Chiellini kellu joħroġ mill-ground kmieni fl-ewwel taqsima, fejn wara testijiet mediċi li sarlu lbieraħ f’Firenze wrew li l-injury m’hijiex waħda gravi. Għadu mhux ċar iżda jekk id-difensur ta’ 36 sena hux se jkun lest biex jilgħab il-partita tal-fażi tal-aħħar 16 wara li l-Italja kkonfermat il-kwalifikazzjoni b’rebħa ta’ 3-0 fuq l-Iżvizzera.