Futbol Sport

Il-Brażil b’rebħa kbira fuq il-Peru

(Ritratt: EPA)

Fit-tieni partita minn Grupp B tal-Copa America, il-Brażil kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva hekk kif għelbu lil Peru 4-0. Alex Sandro fetaħ l-iskor għall-Brażil wara 12-il minuta. Fit-tieni taqsima, l-Brażil skorjaw tliet darbiet oħra, l-ewwel kien Neymar li għamilhom 2-0 fit-68 minuta biex mbgħad kien Everton Ribeiro li għamilhom 3-0 fid-89 minuta. Lejn it-tmiem, kien Richarlison li għamel l-iskor finali 4-0.

F’partita oħra, mill-istess grupp, l-Kolumbja u l-Venezwela temmew fi draw ta’ mingħajr gowls. Il-Kolumbja temmew ukoll il-partita bi player anqas hekk kif lejn it-tmiem tkeċċa Luis Diaz.

Ilbieraħ: Grupp B: Kolumbja v Venezwela 0-0 Illum: Grupp B: Brażil v Peru 4-0 Grupp A: Ċile v Bolivja 11.00pm Għada: Grupp A: Arpentina v Urugwaj 2.00am