Il-UEFA qed tikkonsidra li tmexxi s-semifinali u l-finali tal-Euro 2020 minn Wembley Stadium fl-Ingilterra għall-Puskas Arena fl-Ungerija.
Dan wara li jumejn ilu l-Prim Ministru Ingliż ħabbar li mhux se jkun qed jimxi mal-pjan oriġinali tar-rilaxx ta’ miżuri hekk kif il-każijiet pożittivi ta’ Covid-19 qed jiżdiedu ta’ kuljum fir-Renju Unit. Il-Gvern Ingliż jinsab għaddej f’diskussjonijiet sabiex uffiċjali tal-UEFA, persuni importanti, sponsors u ġurnalisti jkunu eżentati mill-kwarantina obbligatorja ta’ 10 t’ijiem.
Minkejja dan jidher li għas-semifinali u l-finali, jekk jitħallew isiru f’Wembley Stadium, se jkunu qed jitħallew jidħlu mal-40,000 partitarju.
//= $special ?>