Lokali

Imnedi il-proġett LIFE PanPuffinus

Il-proġett LIFE PanPuffinus! huwa kollaborazzjoni unika li taqsam il-fruntieri u li se tħares żewġ għasafar tal-baħar Mediterranji li jinsabu taħt theddida – il-Garnija u l-Garnija Balearika. Dan se jsir permezz ta’ sħubija konġunta fil-qasam tal-konservazzjoni fuq skala kbira.

Il-proġett se jindirizza żewġ sfidi ewlenin li dawn l-għasafar tal-baħar jiltaqgħu magħhom tul il-ħajja tagħhom, sew fuq l-art kif ukoll fil-baħar: l-attakki minn speċi invażivi ta’ mammiferi fuq l-art, u l-qbid bi żball f’tagħmir tas-sajd fil-baħar. 

Il-proġett ta’ €3.4 miljun, kofinanzjat mill-programm LIFE tal-Unjoni Ewropea, se jdum għaddej ħames snin, sal-2025.

Net News tkellem ma’ Manya Russo.. il-project manager ta’ LIFE PANPUFFINUS.

Il-Garnija Balearika hija klassifikata bħala fil-Periklu tal-Estinzjoni fuq ir-Red List tal-Ispeċi Taħt Theddida tal-Għaqda Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura ….waqt li l-Garnija hija klassifikata bħala Vulnerabbli.

Iż-żewġ speċi huma suxxettibbli ħafna għat-tibdil fl-ambjent u huma affettwati minn diversi perikli kemm fil-baħar kif ukoll fuq l-art li jinkludu t-tniġġis, il-qbid bi zball fl-apparat tas-sajd magħruf bħala bycatch, it-tibdil fil-klima u l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.