Futbol Sport

Imut Gianpiero Boniperti, President Onorarju ta’ Juventus

Kmieni dalgħod tħabbret il-mewt ta’ Gianpiero Boniperti, President Onorarju ta’ Juventus. Boniperti miet fl-età ta’ 92.

Hu kien ukoll player ta’ Juventus qabel ma sar ukoll diriġent tal-istess klabb aktar tard. Ma’ Juventus hu rebaħ 5 Kampjonati u darbtejn il-Coppa Italia fejn flimkien ma’ John Charles u Omar Sivori ffurmaw dak li jibqa’ mfakkar bħala ‘Trio Magico’ fl-attakk ta’ Juventus. Mat-tim nazzjonali Boniperti lagħab 38 partita fejn skorja 8 gowls.

Wara l-karriera tiegħu bħala player, Boniperti għamel 29 sena bħala Direttur u President ta’ Juventus fejn fost l-oħrajn irnexxielu jikseb il-firma ta’ Alessandro Del Piero. Fil-perjodu fejn okkupa dan l-irwol, Juventus rebħu 11-il darba s-Serie A, erba’ darbiet il-Coppa Italia, darba l-UEFA Champions League, darbtejn il-UEFA Cup kif ukoll darba t-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs.