Internazzjonali

Imut l-ewwel President taż-Żambja

Il-Ħamis miet l-ewwel President taż-Żambja, Kenneth Kaunda fl-età ta’ 97 sena.

Din l-aħbar tħabbret mill-President attwali, Edgar Lungu fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu filwaqt li qal li l-pajjiż se jkun qed jagħmel 21 ġurnata ta’ luttu b’rispett għall-Kaunda.

Kaunda ddaħħal fi sptar it-Tnejn  hekk kif kellu bżonn il-kura b’rabta mal-kundizzjoni pneumonia. Hu miet ftit tal-ġranet wara fl-isptar stess.

Kaunda jibqa’ mfakkar għall-ħidma ma taqta’ xejn biex il-pajjiż joħroġ mill-ħakma kolonjali. Fil-fatt, hu kien il-mexxej tal-kampanja, b’Kaunda jiġi elett l-ewwel President taż-Żambja fl-1964. Hu dam imexxi lill-pajjiż għal madwar 27 sena.