Lokali

Int tista’ tkun ir-rebbieħ ta’ €250,000 li għadhom ma nġabrux

Maltco Lotteries qed tfittex rebbieħ tal-Jackport tas-Super 5 hekk kif ir-rebbieħ tal-jackpot ta’ €250,000 tal-Erbgħa 28 ta’ April għadu mhux miġbur.

Il-biljett rebbieħ validu għat-tlugħ 870 kien mixtri minn POS 381 li jinsab fi Triq il-Gilju Bugibba fis-18:27hrs.

Il-plejer li għad irid ikun identifikat, xtara il-biljett rebbieħ bi ftit minuti qabel it-transazzjonijiet tal-bejgħ għalqu fis-18: 45.

Ir-rebbieħ huwa mħeġġeġ imur l-Uffiċċju Prinċipali tal-Maltco Lotteries fl-Iklin bil-biljett oriġinali sa mhux aktar tard mit-Tnejn 28 ta’ Ġunju.

Jekk il-premju jibqa’ ma jinġabarx , l-ammont rebbieħ jiġi trasferit mill-Maltco Lotteries għall-Kawżi Tajba.