Sport Sport Ieħor

It-timijiet Maltin se jipparteċipaw fid-Davis Cup Europe Group III u fil-Billie Jeam King Cup

It-timijiet Maltin fil-jiem li ġejjin se jkun qed jipparteċipa fid-Davis Cup u fil-Billie Jean King Cup hekk kif iż-żewġ tournaments se jkunu qed jirritornaw wara l-waqfa tal-Covid-19. It-tim Malti bħalissa jinsab Ċipru fejn se jkun qed jipparteċipa fi Group III tad-Davis Cup flimkien mal-Ġorġja, l-Iżlanda, Ċipru, Monaco, l-Irlanda u l-Lussemburgu.

Jirrapreżentaw lil Malta se jkun hemm it-tennisti, Liam Delicata, Matthew Cassar Torreggiani u Alex Degabriele bil-captain tat-tim ikun John Sciberras. Matthew Asciak li huwa n-numru wieħed ta’ Malta se jkun qed jitlef din il-kompetizzjoni. It-tennisti Maltin tilfu l-ewwel partiti tagħhom kontra Monaco u fil-jiem li ġejjin se jilagħbu kontra l-Lussemburgu.

It-tim Malti tan-nisa minn naħa l-oħra qed jieħu sehem fil-Billien Jean King Cup Europe/Africa Group III f’Vilnius fil-Litwanja. It-tim Malti se jkun iffurmat minn Helene Pellicano, Francesca Curmi, Elaine Genovese kif ukoll Jessica Dimech. Malta kienet fi Grupp F flimkien mal-Alġerija, iż-Żimbabwe u l-Kenja. Fl-ewwel partita Malta rebħet kontra l-Kenja biex mbgħad tilfet kontra ż-Żimbabwe. Gaħda t-tim Malti jkun qed jilgħab partita deċiżva kontra l-Alġerija.