Lokali

Ixxukjati wara li ġew mitluba jittraduċu ittra ta’ suwiċidju waqt eżami tal-O-level

MATSEC jitolbu skuża ta' din l-għażla

Il-Bord tal-Eżamijiet tal-MATSEC talab skuża lill-istudenti wara li f’eżami tal-għarbi talbuhom jittraduċu ittra fittizja ta’ missier miktuba bl-għarbi waqt eżami tal-O-level.

Jidher li din il-parti tal-eżami ixxukjat lil numru ta’ studenti li kienu qed jaqraw din in-nota, li fil-maġġoranza tagħhom kellhom bejn 15 u 16-il sena, fejn fost l-oħrajn tgħid “li se jkun qed iħalli din id-dinja u jmut.”

L-eżami sar fil-15 ta’ Ġunju ta’ din is-sena.