Moska qed jaffaċjaw varjant ġdid tal-COVID-19 li qed ikun meqjus bħala ferm aggressiv u nfettiv, bis-sitwazzjoni fil-belt qed tiddeterjora b’rata maġgħla.
Dan ġie mħabbar il-Ħamis mis-sindku ta’ Moska wara li l-belt tar-Russja rraportat 7,704 infezzjoni l-Ħadd, l-aktar ammont f’ġurnata waħda minn Diċembru ‘l hawn. Dan it-total hu iktar mid-doppju tal-każi rreġistrati pożittivi madwar il-pajjiż kollu f’ġurnata waħda.
Minn nhar il-Ħadd ‘l hawn, il-każijiet pożittivi baqgħu pjuttost għoljin jum wara ieħor. Dan qed iwassal għal biża’ kbira li l-isptarijiet mhux se jlaħħqu mal-pazjenti hekk kif fl-aħħar jiem numru kbir ta’ soddod fl-isptarijiet ittieħdu minn għadd ta’ pazjenti morda bil-COVID-19.
//= $special ?>