Internazzjonali

Jong-un jipprepara għad-djalogu u l-konfrontazzjoni mal-Istati Uniti

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un qal li l-pajjiż irid jipprepara kemm għad-djalogu u l-konfrontazzjoni mal-Istati Uniti… bl-enfasi saret b’mod speċjali fuq il-konfrontazzjoni.

Din kienet l-ewwel darba li Jong-un tkellem dwar il-ħidma ta’ Joe Biden minn mindu nħatar President tal-Istati Uniti wara s-suċċessur tiegħu, Donald Trump.

Riċentament, minkejja li l-Gvern tal-Istati Uniti wera x-xewqa li ssir komunikazzjoni diplomatika, il-Korea ta’ Fuq injorat dawn l-isforzi. Madanakollu, hekk kif il-mexxej Kim Jong-un kien f’laqgħa ma’ numru ta’ mexxejja oħra fi Pyongyang, hu ħabbar li qed jirriċiproka għal dan il-pass.

Jidher li fl-aħħar xhur bdiet tinbet it-tensjoni bejn iż-żewġ mexxejja, b’Biden jirriferi għall-Korea ta’ Fuq bħala theddida serja għas-sigurtà globali. Minn naħa tal-Korea ta’ Fuq, ftit jiem qabel Joe Biden uffiċjalment sar President tal-Istati Uniti, saret parata militari, b’missila ġdida preżenti.